• Mur fil-menù tal-lingwa
  • Mur fil-kontenut prinċipali
Logo tal-Parlament Ewropew
  • Paġna ewlenija
  • Kif jaħdmu l-elezzjonijiet
  • Wara l-elezzjonijiet
  • Għaliex tivvota
Menu
Ħarsa ġenerali
  • Ħarsa ġenerali tar-riżultati
Riżultati Ewropej
  • Riżultati tal-elezzjonijiet
  • Is-siġġijiet skont il-grupp politiku u l-pajjiż
  • Tqassim skont il-partiti nazzjonali u gruppi politiċi
  • Bilanċ bejn is-sessi tal-MPE
  • Parteċipazzjoni elettorali
Għodod
  • Għodda komparattiva
  • Kalkolatur tal-maġġoranza
  • Oħloq il-wiġit tiegħek
  • Iddawnlowdja l-iskedi tad-dejta
Riżultati nazzjonali
  • Il-pajjiżi kollha
  • Franza
  • Id-Danimarka
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Il-Finlandja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • Il-Ġermanja
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • Iċ-Ċekja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • L-Olanda
  • L-Ungerija
  • Malta
  • Spanja
  • Ċipru
  • BG - български
  • ES - español
  • CS - čeština
  • DA - dansk
  • DE - Deutsch
  • ET - eesti keel
  • EL - ελληνικά
  • EN - English
  • FR - français
  • GA - Gaeilge
  • HR - hrvatski
  • IT - italiano
  • LV - latviešu valoda
  • LT - lietuvių kalba
  • HU - magyar
  • MT - Malti
  • NL - Nederlands
  • PL - polski
  • PT - português
  • RO - română
  • SK - slovenčina
  • SL - slovenščina
  • FI - suomi
  • SV - svenska

L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dan se jiġi aġġornat għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Avviż legali

Limitazzjoni tar-responsabbiltà

Is-sit tal-Parlament Ewropew għandu l-għan li jippromwovi l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni relatata ma' l-istituzzjoni nnifisha kif ukoll ma' l-attivitajiet tagħha.

L-objettiv tagħna huwa li nxerrdu informazzjoni kompleta, eżatta u aġġornata kemm jista' jkun. Malli jsir jaf b'dawn l-iżbalji, il-Parlament Ewropew ser jara li jagħmel dak kollu li jista' sabiex isiru l-korrezzjonijiet neċessarji. Huwa jista biss jitqies bħala responsabbli tad-danni li jirriżultaw mill-iżbalji tiegħu, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-aħħar paragrafu hawn taħt.

L-informazzjoni ppubblikata f'dan is-sit hija ta' natura ġenerali, u għalhekk ma nħalqitx biex jissodisfaw bżonn individwali. Hija għalhekk ma tikkostitwix parir professjonali u legali (jekk ikollok bżonn ta' parir speċiifiku, nistednuk tikkonsulta professjonista kkwalifikat kif xieraq).

Ċerta informazzjoni, inklużi l-interpretazzjonijiet ta' l-interventi, kif ukoll id-dokumenti disponibbli f'dan is-sit jew permezz tiegħu ma jistgħux jiġu kkunsidrati la bħala riproduzzjoni awtentika tat-testi uffiċjali u lanqas bħala rendikont eżatt tad-dibattiti parlamentari. Huma biss it-testi uffiċjali u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea huma kkunsidrati bħala awtentiċi. F'każ ta' differenzi bejn il-verżjoni elettronika u t-test stampat, wieħed għandu joqgħod biss fuq it-test stampat uffiċjali u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, wieħed jista' biss joqgħod fuq id-diskors oriġinali ta' l-intervenzjoni jew fuq it-traduzzjoni tiegħu.

Il-Parlament Ewropew ma jistax jitqies bħala li huwa responsabbli tad-danni diretti jew indiretti li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta' dan is-sit. Aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex ikunu llimitati kemm jista' jkun il-problemi maħluqa minn żbalji tekniċi. Ċerta 'data' jew informazzjoni ppreżentata f'dan is-sit jistgħu b'mod partikulari ma jkunux ġew maħluqa jew strutturati f'fajls jew f'formats mingħajr żbalji. F'dan il-każ, aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz ma jiġix imwaqqaf jew inkella jiġi affettwat minn dawn il-problemi. Il-Parlament Ewropew jiċħad ukoll kwalunkwe responsabbiltà f'każ ta' trażmissjoni difettuża tad-'data' minħabba l-bosta netwerks ta' l-Internet jew l-inkompatibilitajiet dovuti għan-navigatur ta' l-utent.

Il-Parlament Ewropew ma jistax jiggarantixxi l-affidabilità jew l-aġġornament tat-tagħrif li joriġina minn sorsi esterni li fih dan is-sit. L-informazzjoni f'dan is-sit kultant twassal għal links esterni li s-servizzi tal-Parlament Ewropew m'għandhom l-ebda kontroll fuqhom u għal dawn, huwa jiċħad kwalunkwe responsabbiltà.

Din il-limitazzjoni tar-responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew li tirriżulta mill-Artikolu 340 TFUE.

Dritt ta' l-awtur

Il-kontenut ta' dan is-sit tal-Internet fih data testwali u elementi multimedjali bħal, pereżempju testi, tpinġijiet, grafika, logos, ikoni, immaġni, materjal audio u video, ritratti, programmi u t-teknoloġija deskritta, li huma protetti mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u u internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur.

Din id-data testwali u dawn l-elementi multimedjali huma l-proprjetà esklussiva rispettivament tal-Unjoni Ewropea rappreżentata mill-Parlament Ewropew u/jew tal-awturi u l-benefiċjarji tagħhom. Id-detenturi tad-dritt tal-awtur jaċċettaw li ma jidhirx isimhom jew kwalunkwe indikazzjoni oħra dwar l-elementi li huma jfornu lil dan is-sit tal-Internet.

L-utent jintrabat li jirrispetta d-dritt tal-awtur tal-Unjoni Ewropea u ta' terzi bla ħsara għad-drittijiet u l-eċċezzjonijiet previsti minn dispożizzjonijiet vinkolanti oħra.

Fil-prinċipju, l-użu mill-ġdid (riproduzzjoni jew użu) għal użu personali jew għal skopijiet ta' xandir mill-ġdid, kummerċjali jew mhux, tad-data testwali u tal-elementi multimedjali li jappartjenu lill-Unjoni Ewropea (identifikati permezz tal-kliem "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] – Sors: Parlament Ewropew"; jew "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] – PE), kif ukoll dawk li jappartjenu lil terzi (© Sors estern, [sena/snin]) u li l-Unjoni Ewropea għandha drittijiet ta' użu fir-rigward tagħhom, huwa awtorizzat fir-rispett tal-integrità tal-elementi riprodotti u bl-identifikazzjoni tas-sors. Madankollu, l-użu mill-ġdid ta' ċerti elementi tista' xi kultant tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet differenti; f'dan il-każ, id-data tkun akkumpanjata b'referenza li tiċċara dawn il-kundizzjonijiet.

Ir-riproduzzjonijiet kollha parzjali tad-data jew tal-elementi multimedjali tas-sit għandha barra minn hekk tagħmel referenza għall-ħolqa “URL” tal-kontenut sħiħ jew tal-paġna sors tas-sit.

L-utent jimpenja ruħu li ma jħassarx jew jimmodifika l-ebda indikazzjoni ta' dan it-tip dwar l-awtur jew is-sors u li ma jippruvax jevita d-dispożizzjonijiet tekniċi għall-protezzjoni tad-dokumenti u tal-elementi multimedjali, bħar-restrizzjonijiet fuq l-istampar jew it-tniżżil mill-Internet u tagging viżibbli jew inviżibbli. Kull ksur jista' jwassal għal proċedimenti ċivili u penali.

It-traduzzjoni tat-testi jew tad-dokumenti f'lingwi li ma jkunux il-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali disponibbli fuq is-sit hija awtorizzata bir-riżerva li r-referenza għas-sors u l-avviż li ġej, tradotti fil-lingwa kkonċernata, jkunu jidhru b'mod viżibbli:

“Tradott mill-verżjoni oriġinali [il-lingwa għandha tiġi ppreċiżata] ppubblikata mill-Parlament Ewropew fuq is-sit elettroniku [il-URL tas-sit għandu jiġi ppreċiżat]: "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] - Sors: Parlament Ewropew"; jew "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] - PE", [Isem tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur tat-traduzzjoni] jassumi r-responsabilità sħiħa tat-traduzzjoni fi [il-lingwa tat-traduzzjoni għandha tiġi ppreċiżata]"

F'każ ta' dubju dwar l-identità tad-detenturi tad-drittijiet jew dwar il-kundizzjonijiet għall-użu ta' element partikulari, talba għal informazzjoni tista' tintbagħat lill-webmaster.

Minkejja riċerka fil-fond, huwa possibbli li l-Parlament Ewropew ma setax jidentifika ċerti awturi jew detenturi tad-dritt fuq dokumenti li jidhru fis-sit. Jekk inti wieħed minn dawn id-detenturi, jew jekk inti identifikajt detentur ta' dan it-tip, jew f'każ ta' żball min-naħa tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-webmaster.

L-użu tal-marki u tal-logos li jappartjenu lill-Parlament Ewropew

Il-marki europarl®, europarltv®, myeuroparl®, Parlamentarium® u l-logo tal-Parlament Ewropew ma jistgħux jintużaw mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parlament Ewropew.

  • Avviż legali
  • Politika dwar il-privatezza
  • Aċċess
  • Qari ħafif
  • Sitemap
  • Kuntatt
OSZAR »