Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Wara l-elezzjonijiet

L-elezzjonijiet Ewropej li saru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024 jiftħu l-kapitlu li jmiss għall-Unjoni Ewropea. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għadhom kif ġew eletti se jieħdu għadd ta' deċiżjonijiet ewlenin dwar min se jmexxi l-istituzzjonijiet tal-UE u jerġgħu jibdew il-ħidma tal-Parlament li jadotta l-leġiżlazzjoni u jżomm responsabbli lill-Kummissjoni Ewropea u lil korpi oħra tal-UE. Skopri x'jiġri wara l-elezzjonijiet u kif il-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni fil-proċess.